Futbol Sport

Rebħiet għan-Niġerja u l-Uganda, draw bejn il-Guinea u l-Madagascar fit-Tazza Afrikana

Wara r-rebħa tal-Eġittu l-Ġimgħa filgħaxija, minn Grupp B, in-Niġerja tħabtet iżda ħarġet rebbieħa 1-0 kontra l-Burundi. Il-gowl deċiżiv ġie skorjat fis-77 minuta meta rċieva b’intelliġenza mingħand Ola Aina u ħa vantaġġ minn żball difensiv biex skorja b’xutt b’saħħtu għar-rokna minn qagħda ideali fil-kaxxa.

Fil-logħba l-oħra mill-istess grupp, il-Guinea u Madagascar spiċċaw 2-2. Sory Kaba fetaħ l-iskor għal Guinea wara 34 minuta iżda Anicet Abel ġab id-draw fid-49 minuta. Carolus Andriamahitsinoro poġġa lil Madagascat minn fuq iżda penalty ta’ Francois Kamano għamel l-iskor indaqs.

Minn Grupp A, l-Uganda rebħet 2-0 kontea l-Kongo. Kien Patrick Kaddu li fetaħ l-iskor wara 14-il minuta b’daqqa ta’ ras fuq l-ewwel lasta wara korner mix-xellug, biex Emmanuel Okwi rdoppja fit-48 minuta b’daqqa ta’ ras mid-distanza wara free-kick mix-xellug.