Żagħżugħ ta’ 21 sena minn Birkirkara kellu jittieħed l-isptar b’urġenza wara li weġġa’ f’inċident bil-mutur. Il-każ seħħ fl-4am fi Triq Manwel Dimech Ħal Qormi.
Net News hu nfurmat li l-ħabta seħħet bejn mutur u karozza tal-għamla Vaxhaul, misjuqa minn raġel ta’ 22 sena residenti n-Naxxar. Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei għal iktar kura, fejn aktar tard huwa ġie ċertifikat li sofra xi ġrieħi iżda ma jinsabx fil-periklu tal-mewt. Is-sewwieq l-ieħor ma sofra ebda ġrieħi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>