Internazzjonali Mużika

Sir Elton John onorat fi Franza

Il-kantant Brittaniku Sir. Elton John ġie onorant bl-ogħla rikonoxximent pajżan Franċiż, il-Legion d’Honneur. L-unur ġie ppreżentat lil mużiċist ċelebri mill-President Franċiż Emmanuel Macron f’ċerimonja ġewwa l-Palazz tal-President, f’Pariġi.

Macron kellu kliem ta’ tifħir f’isem Sir Elton, li fl-età ta’ 72 jitqies bħala ġenju melodiku u wieħed mill-ewwel personalitajiet li kien voċiferu favur id-drittijiet tal-komunita LGBTIQ.

F’diskors għall-okkażżjoni, Sir Elton John saħaq kemm hija essenzjali r-riċerka kontra l-marda qerrieda tal-AIDS fejn spjega li bħal mużika – din ir-riċerka kien iqisha bħala missjoni.

Dan l-unur wasal ftit ġimgħat wara li l-film bijografiku tiegħu, Rocketman, beda jintwera fis-swali taċ-ċinema madwar il-globu.