Mohammed Bali ntbagħat tlett ijiem ħabs wara li ammetta li kmieni s-Sibt filgħodu, f’Paceville, ta daqqa ta’ ponn lil tfajla Pollakka.
L-Alġerin ta’ 30 sena, li hu baħri, ġie akkużat li waqt li kien fis-sakra, ittanta lit-tfajla barranija u wara li injoratu, refa’ jdejh fuqha. Huwa ammetta l-akkużi miġjuba kontrih u talab skuża quddiem il-Qorti.
//= $special ?>

