3 persuni tilfu ħajjithom filwaqt li persuna oħra ġarbet ġrieħi serji wara li nirien ħakmu binja f’Pariġi.
Il-każ seħħ fis-sigħat bikrin tas-Sibt filgħodu fi blokka t’appartamenti ta’ sitt sulari fil-ħdax-il distrett tal-Kapitali Franċiża – li jinsab proprju fuq ristorant.
Filwaqt li mal-200 pumpier ġew msejħa sabiex jikkontrollaw il-fjammi, jidher li fl-aħħar jiem il-binja kien qed isirilha manutenzzjoni wara aktar minn 40 sena minn mindu nbniet.
//= $special ?>

