Wara li tħabbar li Stefano Maccoppi ma kienx se jibqa’ fit-tmexxija ta’ Sliema Wanderers, il-klabb Slimiż beda jaħdem biex jaħtar il-kowċ il-ġdid. Fost il-kowċis, tfaċċa l-isem tal-eks kowċ tagħhom Alfonso Greco. Il-kowċ Taljan ta’ 50 sena jidher li hu fost il-favoriti.
Greco kien mexxa lil Sliema bejn l-2012 u l-2014 u wara esperjenza ma’ Żebbuġ Rangers ukoll fil-Kampjonat Premier, Greco kien irritorna għat-tieni esperjenza sentejn wara. Minn dak iż-żmien, Greco mexxa lil Ostiamare Calcio rnexxielu jikseb punti rekord għall-klabb fis-Serie D u kwalifika bil-play-off. Fl-istaġun li għadda, u kiseb is-salvazzjoni wara play-out.
Arthur Oyama jingħaqad ma’ Gżira United
Gżira United saħħew in-naħa xellugija tad-difiża meta ħabbru uffiċjalment l-akkwist ta’ Arthur Oyama mingħand Floriana. Il-Brażiljan iffirma kuntratt ta’ tliet snin u kapaċi jilgħab ukoll bħala midfielder.
Il-kowċ Giovanni Tedesco xtaq isaħħaħ in-naħa xellugija u jemmen li Oyama jista’ jkun il-plejer ideali. Tedesco kien ġab lil Oyama f’pajjiżna ma’ Floriana żewġ staġuni ilu. Fil-passat, Oyama lagħab ma’ Botev Plovdiv tal-Bulgarija u Lokeren tal-Belġju.
Fl-istaġun li għadda, Oyama kellu staġun pożittiv minkejja kampjonat deludenti għal Floriana. Hu kien plejer regolari u anki captain f’uħud mil-logħbiet.
//= $special ?>