Sport Sport Ieħor

Anakit Du Tay jispikka fil-Premier

(Ritratt: Malta Trot Racing)

Rapport: Kenneth Vella

L-aktar tiġrija importanti li saret il-Ġimgħa filgħaxija fil-korsa tal-Marsa kienet riservata għal żwiemel tal-klassi Premier fuq distanza qasira ta’ 2140m. Din intrebħet mill-Franċiż Anakit Du Tay u għamlet parti mit-32 laqgħa tal-istaġun fuq disa’ tiġrijiet kollha għal żwiemel tat-trott.

Tnax kienu ż-żwiemel li ġrew fil-klassi Premier. Swan Des Tesnieres (Julian Farrugia) kien fost l-aktar veloċi wara l-bidu uffiċjali tat-tiġrija u matul l-ewwel metri fetaħ vantaġġ żgħir minn Zonguldak (Salvu Cutajar) u Baron Du Chene (Charles Camilleri).

Madankollu madwar 300 metru mil-linja finali Swan Des Tesnieres beda jnaqqas mill-ġiri u dlonk inqabeż minn Anakit Du Tay (Redent Magro) li baqa’ sejjer biex akkwista l-ewwel rebħa fi xtutna bi ftit minn Glenn Boko (Rodney Gatt) u Baron Du Chene (Charles Camilleri). Swan Des Tesnieres (Julian Farrugia) kellu jikkuntenta bir-raba’ pożizzjoni.

Ir-riżultati kollha

I Tiġrija Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Joyus (N. Baldacchino) Ħin – 2.42.9” (1.16.1”) 2. Divonne (S. Grixti) 3. Ernest Des Angles (Ch. Gauci) 4. Alsace In (D. Ellul)

II Tiġrija Klassi Silver A. Dist – 2140m. 1. Neptunus Face (L. Ghigo) Ħin – 2.43.1” (1.15.2”) 2. Enzo Nova (T. Demanuele) 3. Ubu Du Metz (C. Camilleri) 4. Vapocraquer (N. Baldacchino)

III Tiġrija Klassi Silver B. Dist – 2140m. 1. Charm Blou (R. Gatt) Ħin – 2.41.7” (1.15.6”) 2. Born To Gis (C. Camilleri) 3. Albatross Rainbow (N. Barbara) 4. Very Welcome (A. Bartolo)

IV Tiġrija Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Quite A Feeling (C. Camilleri) Ħin – 2.41.3” (1.15.4”) 2. Vizir Carisaie (N. Baldacchino) 3. Capac Boko (C. Vassallo) 4. Robis Salvation (M. Cauchi)

V Tiġrija Klassi Bronze A. Dist – 2140m. 1. Bienheureux (C. Vassallo) Ħin – 2.41.5” (1.15.4”) 2. New Moon Pellini (J. Farrugia) 3. Joe Mama (C. Camilleri) 4. Un Louzeen (Ch. Grech)

VI Tiġrija Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Hilda Nalan (C. Vassallo) Ħin – 2.40.9” (1.15.5”) 2. Voice De Lahaye (M. Cauchi) 3. Best Of Sly (R. Gatt) 4. Breidabliks G.T. (P. Galea)

VII Tiġrija Klassi Silver A. Dist – 2140m. 1. Damu Cherry (J. Farrugia) Ħin – 2.41.6” (1.15.5”) 2. Valberg Snob (M. Spiteri) 3. Castle Rose (J. Cefai) 4. Andromeda Du Nord (Ch. Grech)

VIII Tiġrija Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Anakit Du Tay (R. Magro) Ħin – 2.39.5” (1.14.5”) 2. Glenn Boko (R. Gatt) 3. Baron Du Chene (C. Camilleri) 4. Swan Des Tesnieres (J. Farrugia)

IX Tiġrija Klassi Silver A. Dist – 2140m. 1. Claymore (N. Barbara) Ħin – 2.42.6” (1.16”) 2. Vibrato Eleven (R. Gatt) 3. Sitka Rod (T. Demanuele) 4. Midnight Passion (E. Bezzina)