Il-fenomenu ta’ Juventus, Cristiano Ronaldo, qed iqatta’ dawn il-jiem ta’ vaganza fir-Riviera Franċiża, abbord super yacht irreġistrat f’Malta.
Ritratti li tella’ l-attakkant Portugiż, kif ukoll oħrajn miġbuda bil-moħbi minn xi fotografi, juru lil Ronaldo jilgħaq ix-xemx flimkien ma’ familtu fl-isfond tal-bandiera marittima Maltija.
Filfatt Ronaldo jinsab abbord l-Africa I, super yacht ta’ 47 metru li nbena fl-2010 u ġie rreġistrat f’Malta.
Din l-opra tal-baħar ta’ lussu inkredibbli u li kapaċi tilqa’ 12-il persuna f’sitt kmamar lussużi, spiss tkun Malta hekk kif tinkera minn numru ta’ persuni fuq bażi ta’ charter.
Il-prezz bażiku għal ġimgħa abbord dan is-super yacht? Xejn inqas minn €196,000 fil-ġimgħa, apparti l-ispejjeż.
//= $special ?>