Koppja ta’ żgħażagħ li lbieraħ iżżewġu fil-kappella Ta’ Loretu, fil-Gudja, nisslu tbissima hekk kif ħadu magħhom lill-page boy li kien deskritt minn wieħed mill-mistiedna bħala l-iktar wieħed ħelu li qatt ra.
Dan hekk kif Karl Loftus u Kirsten Mifsud, li ngħaqdu fis-sagrament taż-żwieġ, ippużaw għar-ritratti ma’ Floyd, il-kelb ta’ Karl, taparsi l-page boy tagħhom.
Madankollu l-kelb iddaħħal fil-knisja għar-ritratti biss, u ma kienx il-page boy uffiċjali f’din iċ-ċerimonja.
Kienu ħafna dawk li, apparti li ferħu lill-koppja żagħżugħa, innutaw kemm il-kelb qagħad u sebbaħ ir-ritratti u kemm deher kuntent.
Dan is-sit jifraħ lil Karl u Kirsten futur mimli hena u saħħa.
Ritratti: Stephen Schembri/Icam Photography
//= $special ?>