Lokali

L-EBDA TWEĠIBA: Jippersisti s-silenzju fuq Neville Gafà

Ħadd mill-Gvern qisu mhu lest milli jagħti spejgazzjoni jew xi forma ta’ tagħrif dwar Neville Gafà u l-aħħar mawra tiegħu fil-Libja.

Net News il-Ġimgħa ħabbar li Gafà rritorna l-Libja bħala parti minn delegazzjoni tal-Gvern. Fil-fatt, ismu reġa feġġ f’rapporti mhux biss lokali, imma wkoll internazzjonali, b’Neville Gafà jidher anke fir-ritratti ppubblikati fuq siti Libjani.

Meta mistoqsi dwar din il-mawra, Neville Gafà qal li ma jistax iwieġeb u li ma jistax jgħid, u biex jintbagħtu l-mistoqsijiet permezz ta’ email.

Skont il-Gvern Libjan, Gafà mar il-Libja flimkien mal-Ambaxxatur Malti għal Tripli, Charles Saliba biex jiġu diskussi r-relazzjonijiet ekonomiċi u kummerċjali ta’ bejn Malta u l-Libja.


Neville Gafà flimkien mal-Ambaxxatur Malti għal Tripli, Charles Saliba u l-Viċi Prim Ministru Libjan Ahmed Maiteeq.

Il-Malta Independent on Sunday intant irrapurtat li għalkemm bgħatet numru ta’ mistoqsijiet lill-Ministru tal-Affarjiet Barranin, Carmelo Abela, madankollu s’issa m’hemm l-ebda tweġiba. Din il-gazzetta saqsiet x’kien l-irwol ta’ Neville Gafa f’din il-mawra fil-Libja, u jekk hux impjegat tal-istess Ministeru.Il-gazzetta sostniet li la kien akkumpanjat minn Saliba, mela dan jaf jimplika li ż-żjara tal-bidu ta’ din il-ġimgħa saret taħt il-kappa ta’ żjara uffiċjali.

Il-gazzetta sostniet li la kien akkumpanjat minn Saliba, mela dan jaf jimplikka li ż-żjara tal-bidu ta’ din il-ġimgħa saret taħt il-kappa ta’ żjara uffiċjali.