Żagħżugħ ta’ 29 sena qed isofri ġrieħi serji wara li kien involut f’argument fi Triq il-Vitorja, l-Isla, wara li qala daqqa jew daqqiet b’arma li taqta’ u bil-ponta. Il-każ seħħ għall-ħabta tad-21.20.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li l-argument seħħ fl-appartament taż-żagħżugħ ta’ 29 sena, bejnu, u bejn raġel ta’ 33 sena residenti Bormla.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard huwa ġie iċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi serji.
L-allegat aggressur ġie miżmum mill-Pulizija għal aktar stħarriġ.
Bil-każ ġiet infurmata l-Magistrat tal-Għassa Rachel Montebello li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-Inkjesta li ġiet appuntata.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-każ għadhom għaddejjin.
//= $special ?>