Matul il-lejl bejn is-Sibt u l-Ħadd, il-Gwardja tal-Kosta Taljana evakwat wieħed mill-immigranti abbord il-bastiment Sea Watch 3 li kien jinsab f’qagħda kritika.
Il-Kaptan tal-Bastiment għamlet appell imqanqal hekk kif il-qagħda medika tat-42 persuna abbord qed tmur għall-agħar.
Il-Bastiment u l-persuni abbord issa ilhom 12-il jum bejn sema u ilma ‘il barra mill-ibħra territorjali Taljani madwar il-gżira ta’ Lampedusa, f’sitwazzjoni oħra staġnata bejn il-Gvern Taljan u l-għaqdiet mhux governattivi.
Din il-kwistjoni hija biss wahda minn diversi sitwazzjonijiet marbuta mal-immigrazzjoni, hekk kif f’dawn il-jiem il-krizi tal-immigrazzjoni qed tkompli tgholli rasha. Tant li f’pajjizna fl-ahhar xahrejn dahlu xejn anqas minn 760 immigrant.
//= $special ?>
