Internazzjonali

AWSTRALJA: Terremot ta’ 7.2 ixengel binjiet f’Darwin

RITRATT; Yahoo News Australia

Xi residenti tal-belt ta’ Darwin fl-Awstralja ġew evakwati minn djarhom wara li l-binjiet tagħhom bdew jixxenglu u jitbandlu riżultat ta’ theżżiż qawwi li laqat iz-zona.

It-theżżiż li hu rrappurtat li laħaq 7.2 fuq l-iskala Richter kellu l-epiċentru tiegħu bil-Baħar Banda fit-tramuntana ta’ Timor-Leste u ġew rappurtati wkoll theżżiżiet  kbar fi-żona magħrufa bħala Top End.

L-uffiċċju meterjoloġiku Awstraljan ħareġ twissija wara s-1.00 ta waranofsinhar fejn qal li ma kienx hemm theddida ta’ tsunami wara t-theżżiż.

Xi residenti rrappurtaw li ħassew l-imwejjed jiċċaqalqu imma ma jidhirx li kien hemm rapporti ta’ ħsarat kbar jew persuni midruba.

 Sadanittant jidher li dan it-theżżiż hu marbut ma’ terremot ta’ 7.5 li laqat zona remota tal-Indoneżja bil-baħar Banda.