Rafael Benitez se jħalli lil Newcastle meta l-kuntratt tiegħu jiskadi fl-aħħar tax-xahar. Il-kowċ ta’ 59 sena kien ilu f’diskussjonijiet dwar ftehim ġdid iżda naqas li jilħaq ftehim dwar kuntratt ġdid. Newcastle kkonfermaw din l-aħbar fi stqarrija fejn sostnew id-diżappunt tagħhom li Benitez se jħalli l-klabb.
“Ħdima iebes biex inġeddu l-kuntratt ta’ Rafal għal perjodu sinifikanti ta’ żmien, iżda ma kienx u mhux se jkun possibbli li nilħqu ftehim ma’ Rafa u r-rappreżentanti tiegħu.” L-istaff tekniku ta’ Benitez se jitilqu l-klabb. Huma rringrazzjaw lill-partitarji, plejers u ħaddiema tal-paċenzja li urew f’perjodu ta’ inċertezza.
Benitez kien ingħaqad ma’ Newcastle f’Marzu tal-2016 meta kien ħa t-tmexxija tat-tim mingħand Steve McLaren b’Newcastle fid-19-il post. Il-Magpies sfaw relegati f’dak l-istaġun iżda Benitez baqa’ fit-tmexxija u fl-istaġun ta’ wara wassalhom biex kisbu l-promozzjoni lura fil-Premier League bir-rebħ taċ-Championship.
Fl-aħħar żewġ staġuni taħt it-tmexxija ta’ Benitez, Newcastle spiċċaw fl-10 u t-13-il post. Benitez ried l-għodda neċessarji biex Newcastle jikkompetu għal post fl-Ewropa u potenzjalment jippruvaw jirbħu trofew domestiku.
Hu mifhum li l-futur tal-Ispanjol jista’ jkun fiċ-Ċina hekk kif qed jattira interess minn diversi klabbs partikolarment mit-tim tas-Super League Ċiniż Dalian Yifang. Hu mhux permess li jiddiskuti ma’ klabbs oħra sakemm jiskadi l-kuntratt.
//= $special ?>