Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’każ li fetħet il-Kummissjoni kontra l-Polonja, għandha implikazzjonijiet tqal ħafna fil-konfront tal-Gvern Malti.
Fid-digriet tagħha l-Qorti Ewropea tinsisti dwar il-prinċipju fundamentali tal-indipendenza illi mistennija mill-ġudikatura.
F’kawza li fetaħ il-grupp mis-soċjetà ċivili, Repubblika, kontra l-Gvern, ġurnata wara li l-Prim Ministru Joseph Muscat ħatar 6 membri ġodda tal-ġudikatura…l-attivisti talbu li dawn il-ħatriet ma jsirux abbażi ta’ indħil politiku.
B’risposta għal dan, l-Avukat Ġenerali talab li dan il-każ jitwarrab….. iżda dakinhar, l-Imħallef Mark Chetcuti mhux talli ma laqax it-talba tal-Avukat Ġenerali talli saħaq li l-każ ghandu jkompli, u rriżerva d-dritt li deċiżjoni tittieħed iktar ‘il quddiem.
L-Imħallef irrefera propju għall-każ tal-Polonja… każ li issa ingħalaq bis-sentenza tal-Qorti Ewropea li tikkundanna lill-Gvern Pollakk.
L-Imhallef Chetcuti dakinhar iddikkjara li d-deċiżjoni li tagħti l–Qorti Ewropea fi-konfront tal-Polonja se tagħti “gwida u fejda” lill-Qrati Maltin dwar kif għanu jiġi applikat it-trattat tal-Unjoni Ewropea f’Malta.
Id-dikjarazzjoni li għamdel dakinhar l-Imħallef Chetcuti jfisser li d-deċiżjoni li tat il-Qorti Ewropea għandha impatt ċar fuq dan il-każ f’pajjiżna,
Din is-sentenza tagħti woll direzzjoni lill-Kummissjoni Ewropea biex tinvestiga kif f’Malta is-sistema tal-ħatriet tal-ġudikatura tiksser it-trattat Ewropew.
B’reazzjoni għal din id-deċiżjoni, il-grupp Repubblika qal li issa jistenna li l-Gvern jieqaf jinjora s-sejħiet kollha li qed isiru biex ibiddel il-proċeduri tiegħu, u li bħala attivista huma se jibqgħu jiddefendu d-demokrazija f’Malta, kemm fil-Qorti kif ukoll barra mill-Qorti.
Dwar il-hatriet tal-Imhallfin u l-Magistrati kienet tkellmet b’mod iebes hafna anke l-Kummissjoni Venezja.
//= $special ?>
