Lokali Parlament

“Għal darb’oħra, il-Gvern qed jirreaġixxi għal sitwazzjoni li ħoloq hu stess” – Adrian Delia


  • Ir-regolamenti dwar it-twaqqiegħ u l-iskavar ta’ siti ta’ kostruzzjoni jidħlu fis-seħħ illum

“Għal darb’oħra, il-Gvern inqabad jirreaġixxi għal sitwazzjoni li ħoloq hu stess.”

Dan qalu l-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia fil-Parlament b’reazzjoni għal stqarrija ministerjali tal-Ministru għat-Trasport Ian Borg li fiha ħabbar ir-Regolamenti dwar it-twaqqiegħ u l-iskavar ta’ siti ta’ kostruzzjoni.

Ir-Regolamenti, li d-deputati ma’ kellhomx kopja tagħhom qabel is-seduta Parlamentari, se jidħlu fis-seħħ illum stess hekk kif se jkunu ippubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern.

L-intervent tal-Kap tal-Oppożiazzjoni Adrian Delia saret wara li l-Ministru Ian Borg spjega l-punti ewlenin tar-regolamenti l-ġodda. Adran Delia qal li bħalma ġara fit-trasport, fl-enerġija, fit-toroq u fit-traffiku, il-Gvern joħloq il-kundizzjonijiet li jwasslu għal bidliet kbar mingħajr ma jantiċipa il-konsegwenzi. Issa wara li ġraw numru ta’ inċidenti, il-Gvern qed jirreaġixxi u f’temp ta’ ġimgħa qed jipprova jbiddel liġijiet u prattiċi ta’ diversi snin.

Id-deputat Nazzjonalista Marthese Portelli qalet l-perjodu ta’ konsultazzoni kien wieħed qasir wisq u staqsiet dwar il-method statement u l-kazi ta’ korriment ta’ persuni. Hi staqset x’se tkun ir-relazzjoni bejn il-liġi u l-OHSA u min se jkun responsabbli minn x’hix u min se jirrrispondi lil min. Hi tkellmet dwar ir-rwol tal-perit tal-proġett u tal-uffiċċjal tekniku li qed ikun speċifikat li jridu jaħdmu flimkien. Min se jieħu l-aħħar deċiżjonijiet? staqsiet Marthese Portelli, li tkellmet ukoll dwar ir-reġistru tal-kuntratturi fil-kuntest tal-kwalifiċi u s-servizzi offruti.

Id-deputat Nazzjonalista enfażizzat l-importanza tal-infurzar u dwar x’se jagħmel il-gvern biex dan iseħħ. Hi staqsiet jekk hux se jkun hem perjodu biex in-nies tirregola lilha nnifisha ma’ din il-liġi, dwar l-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni, is-servizzi ġeoloġiku u fond speċifiku li jkun hemm biex tingħata għajnuna lill-persuni milquta.

Id-deputat Nazzjonalista Toni Bezzina staqsa x’responsabbiltà se jkollhom il-kuntratturi fuq l-impjegati li huma jimpjegaw magħhom u jekk dawn hux se jaqgħu taħt il-perit. Hu staqsa jekk hux se jitwaqqfu l-kuntratturi li m’għandhomx periti impjegati magħhom u għaliex il-erpit irid ikun l-uffiċjali tekniku tas-sit; jekk ir-reġistru tal-kuntratturi hux se jkun pubblikat għada, jekk il-kuntratturi hux se jieqfu mx-xogħol u meta se tkun pubblikata lista sħiħa tal-benneja li jkunu ħallsu l-liċenzja.