Lokali Parlament Saħħa

Il-Gvern jivvota kontra proposta tal-PN biex it-tarbija fil-ġuf tingħata protezzjoni daqs it-tfal

Il-Ministru Michael Falzon jiddikjara li s’issa l-abort mhux fuq l-aġenda tal-gvern, tal-PL jew tiegħu

Il-Gvern ivvota kontra proposta tal-Oppożizzjoni biex it-tarbija fil-ġuf tkun ikkunsidrata bħala tfal u għalhekk tingħata l-protezzjoni fil-liġi li tipproteġi lit-tfal, inkluż f’każi fejn l-omm tkun qed tieħu ċertu sustanzi.

Din il-pożizzjoni tal-gvern ittieħed waqt laqħga tal-Kumitat Parlamentari għall-Kunsiderazzjonijiet tal-Abbozzi.

Il-proposta tal-Oppożizzjoni saret mid-deputat Nazzjonalista Claudio Grech li tkellem dwar it-terminu ‘minuri’ minħabba li l-liġi hi intiża għall-protezzjoni lit-tfal; tant li anki fil-liġi eżistenti li għaddiet – iżda ma daħlitx fis-seħħ – it-terminu li jintuża kien dejjem tfal. Hu staqsa lill-Ministru Falzon x’kienet ir-raġuni għaliex kien hemm tluq mit-tluq mit-terminu ‘protezzjoni tat-tfal’ u jekk dan hux qed ibiddel il-perspettiva tal-għan fih innifsu tal-liġi.

Il-Ministru Michael Falzon qal li m’hemmx raġuni partikolari għaliex dan sar u sostna li din il-liġi issa qed titkellem fuq minuri kif isir fi strumenti internazzjonali fosthom il-Konvenzjoni tat-Tfal li wkoll titkellem fuq minuri. Din il-liġ tirrifletti testwalment il-kovnenzjonijiet li fihom Malta hi firmatarju u rratifikathom. M’hemmx intenzjoni wara din il-bidla, sostna l-Ministru Falzon.

Id-deputat Nazzjonalista Claudio Grech tkellem dwar id-definazzjoni ta’ minuri u qal li l-liġi ma tinkludix it-tarbija fil-ġuf. Hu qal li kien għadda lill-ministru biex din tiddaħħal parti mid-definizzjoni minħabba li dawn jixirqilhom protezzjoni.

Il-Ministru Falzon wieġeb li jekk hemm tħassib dwar l-abort u qal li fuq bażi ta’ gvern, partit u personali m’hemm ebda intenzjoni li fuq l-aġenda tal-gvern s’issa m’hemmx l-abort. Il-gvern ma jridx joħloq konflitt u jista’ jkun ma jkunx kofnormi tal-konvenzjonijiet internazzjonali.

Is-sens ta’ protezzjoni qiegħed hemm u hemm tliet istanzi li fihom dan iseħħ fosthom fil-kodiċi kriminali. Anki l-President tar-Repubblika diġà ddikjara dak l-impenn kontra l-abort, sostna l-Ministru Falzon, li qal li kien anki talab parir legali dwar dan.

Claudio Grech kompla li hu ma kienx irrifera għall-abort għaliex dan hu punt marbut mal-protezzjoni tat-tarbija fil-ġuf li ma tibdiex u tieqaf mal-abort; li m’hix kwistjoni li qed tkun diskussa. Hu appella biex il-punti legali jkunu spjegati fil-kumitat u staqsa xi ħsara tista’ toħloq li tingħata l-protezzjoni lit-tarbija fil-ġuf. Il-proposta hi li tingħata protezzjoni lill-persuni l-aktar li ma jistgħu jitkellmu għad-drittijiet tagħhom.

Il-Ministru Falzon baqa’ jsostni l-pożizzjoni tiegħu kontra l-proposta tal-Oppożizzjoni.

Id-deputat Nazzjonalista Claudio Gerch qal li l-pożizzjoni tal-President m’għandhiex x’taqsam ma’ din il-liġi u sostna li l-gvern qed jibqa’ joġġezzjona li jdaħħal it-tarbija fil-ġuf bħala min ikollu dritt għall-protezzjoni bil-liġi. Claudio Grech ippropona li din tiddaħħal fil-liġi bil-gvern jivvota kontra u għalekk m’għaddietx.

Klawsola oħra diskussa kienet dwar il-professjonisti mediċi u l-pariri ddwar kura li tingħata waqt it-tqala fejn id-deputat Claudio Grech staqsa jekk il-gvern jikkunsidrax li tingħata wkoll protezzjoni lit-tarbija fil-ġuf flimkien mal-protezzjoni lill-omm.

Il-Ministu Falzon qal li din hi ċirkostanza li fiha se jkun professjonist mediku li qed jagħti dak il-parir.

Claudio Grech sostna li l-gvern hu konxju minn ħafna ċirkostanzi fejn tfal li waqt li kienu fil-ġuf l-omm kienet tabbuża mid-droga kellhom effetti u sofrew aspetti ta’ saħħa tul ħajjithom. Hu staqsa għaliex il-gvern ma jikkunsidrax li apparti s-saħħa tal-marda jkun hemm l-istess emenda li tapplika għat-tarbija fil-ġuf. Dawn huma każi li fihom it-trabi fil-ġuf ikunu suġġetti għal-sustanzi li tkun qed tieħu l-omm.