Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia ltaqa’ maż-żewġ kandidati għall-kariga ta’ President tal-MFA Chris Bonett u Bjorn Vassallo. Adrian Delia fakkar fiż-żmien meta hu kien involut fl-isport bħala President ta’ Birkirkara u kien jikkollabora maż-żewġ kandidati li fiż-żmien tiegħu fil-futbol kienu nvoluti fil-Malta Football Association.
Iż-żewġ kandidati preżentaw lil Adrian Delia l-programm ta’ ħidma tagħhom jekk ikunu eletti bħala President tal-akbar assoċjazzjoni sportiva f’pajjiżna. It-tema ta’ Chris Bonett hi Clubs fuq Nett filwaqt li dik ta’ Bjorn Vassallo hi Forward Together – Vision 2027. L-elezzjoni għal President tal-MFA ssir is-Sibt 20 ta’ Lulju.
//= $special ?>