Is-Sibt li għadda, il-Malta Judo Federation fakkret il-Ġurnata Olimpika hekk kif stiednet in-nies biex jiċċaqalqu, jitgħallmu u jiskopru sport ġdid. Il-Federazzjoni Maltija bdiet tiċċelebra din il-ġurnata mis-sena li għaddiet minħabba wkoll li l-judo hu sport Olimpiku.
Madwar 80 tifel u tifla, ġenituri u ħbieb inġabru fuq it-tapit tal-judo, b’grupp ta’ kowċis jorganizzaw diversi logħob taħt id-direzzjoni tad-direttur taż-żgħażagħ Joe Castillo.
Wieħed mill-kowċis Jason Trevisan, kien wieħed mill-judokas li ħa sehem għal Malta f’żewġ edizzjonijiet tal-Olimpjadi fl-1988 u l-1992. Hu rebaħ midalja f’kull edizzjoni tal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar bejn l-1989 u l-2001. Kowċ ieħor kien John Zammit li hu l-uniku judoka maskili li rebaħ midalja tad-deheb fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar.
//= $special ?>