Kemm jinkwetak dak li ġara fi tmiem il-ġimgħa fil-Miżieb?
Bħala Nature Trust jinkwetana ħafna. Dan mhux inċident ta’ darba. Aħna fis-Sajf inkunu qed nikkumbattu postijiet oħra li ekoloġikament huma mportanti, postijiet li jaqbdu u jkollna ħafna nirien. Il-Miżieb huwa post li wieħed jista jqisu bosk żġħir u għalekk l-impatt huwa ikbar. Naħseb li huwa mportanti li jkun hawn pjan nazzjonali ta’ kif nindirizzaw dawn is-siti biex nibżgħu għalihom. Naħseb li rrid ikun hemm esperti bħas-Civil Protection Department – CPD. Irid ikun hemm iktar strateġija ta’ kif wieħed jagħmel patrolling minn wardens speċjalizzati biex innaqsu l-perikli bħal ma huwa l-iskart li ħafna drabi huma l-kawża għalfejn ikollna nirien fil-kampanja.
Il-Federazzjoni Kaccaturi Nassaba Konservazzjonisti – FKNK qalu li dan jista’ jkun att ta’ vandalu hekk kif meta waqaf in-nirien reġa’ kien hemm skart mormi.
L-iskart hija l-ikbar problema. L-iskart joħloq problemi kbar mhux biss għall-ħlejjaq iżda anke għan-nirien aktar u aktar meta għaddejja heat wave. Għalkemm għadna ma nafux il-kawża, mhux biss vandaliżmu imma hija traskuraġni li naħseb li l-awtoritajiet għandhom jindirizzaw billi jsir patrolling u n-nies li jħammġu jiġu mmultati. Ħafna drabi dawn in-nies mhux qed jirrealizzaw kemm qed jiswew lill-pajjiż f’dik li hija ambjent u natura fi spejjeż tas-CPD apparti l-ħsara kbira li ssir f’dawn il-postijiet. Apparti s-siġar, qed jintlaqtu numru kbir ta’ ħlejjaq għaliex kemm il-darba sibna ħlejjaq maħruqin – ħsara tant hi rreparabbli li wieħed għandu jieħu din bis-serjeta biex nevitaw diżastri bħal ma ġara fil-Miżieb.

Nature Trust kif ser tkun qed tgħin lill-FKNK?
Diġa kellimt lil Lino Farrrugia – aħna bħala Nature Trust inqisu l-importanza ta’ dan il-post u qed noffru numru ta’ siġar lill-FKNK biex jerġgħu jitħawwlu ħa nippruvaw niġġeneraw dan il-post u nnaqsu ftit mill-ħsara li saret.
Dan kien wieħed mill-ikbar ħruq li qatt rajna f’Malta li dwar dan tkellmet ukoll il-Birdlife.
Hija nkwetanti ħafna – dawn il-postijiet ta’ siġar huma postijiet fejn jieqfu ħafna għasafar filfatt barra l-Miżieb, għandna nkwiet kbir li m’hemmx strateġija jekk pereżempju jkun hemm nirien il-Buskett. Ma ninsewx ukoll li fil-Miżieb hemm għadd ta’ siġar tat-tip żnuber li huma siġar li jieħdu n-nar malajr u joffru battalja kbira lis-CPD u għalekk ninkwetaw ħafna għaliex jidher li Malta mhux preparata għal dawn it-tip ta’ nirien. Minkejja li ilna snin ngħidu biex nagħmlu xi ħaġa fejn ikun hemm pjan nazzjonali, xejn għadu ma sar u xi ħaġa trid issir immedjatament.
//= $special ?>