Tal-anqas 14 il persuna mietu u 50 oħra indarbu meta irwiefen ħakmu tinda kbira li kienu jinsabu taħtha u li waqgħet fuqhom.
L-inċident seħħ fl-istat Indjan ta’ Rajasthan.
Skont sorsi, uħud mill-vittmi mietu kawża ta’ xokkijiet elettriċi minn wires li nqalgħu mal-kollass tat-tinda, filwaqt li oħrajn inqatlu meta waqa’ fuqhom debris li nqala’ dak il-ħin.
Madwar 300 persuna huma maħsuba li kienu fit-tinda. Huma nġabru hemm għal attività reliġjuża.
Il-Ministru Indjan Bhanwar Lal Meghwal qajjem mistoqsijiet dwar għaliex l-organizzaturi ma tfewx l-elettriku meta raw il-maltemp.
//= $special ?>