Sitwazzjoni ta’ skumdità qawwija għar-residenti fid-Dar tal-Gvern għall-Anzjani fl-Imsida … issa li s-sħana tas-Sajf bdiet sew.
Fil-fatt, dawn issa ilhom madwar ġimgħatejn bis-sistema tal-arja kundizzjonata ma taħdimx u jkollhom jinqdew b’fannijiet li jdawwru biss l-istess arja sħuna fir-residenza.
Dan jistona mal-appelli tal-Gvern stess, sena wara l-oħra, biex fix-xhur sħan tas-Sajf kemm jista’ jkun iżommu ruħhom friski u jevitaw is-sħana qawwija, li tagħmel ħażin għas-saħħa tal-bniedem.
Iżda r-residenti f’din id-Dar tal-Anzjani li tkellmu ma’ NET News spjegaw li f’dawn il-ġimgħatejn għamlu diversi appelli lit-tmexxija tar-Residenza … iżda dan kien kollu għalxejn għax il-karbiet tagħhom jidhru li s’issa waqgħu fuq widnejn torox.
Din mhix l-ewwel sena li l-anzjani f’din id-Dar qed ibatu mill-effetti tas-Sajf. Dan hekk kif, is-sena li għaddiet, dawn kellhom inkonvenjent qawwi b’vaska bl-ilma qiegħed fi ġnien li kien abbandunat u li jagħmel parti mill-istess Dar.
Dakinhar, residenti fil-qrib kienu qalu li bis-sitwazzjoni, lanqas biss setgħu jiftħu t-twieqi għax kienu jimtleq bin-nemus.
U allura, wieħed jista’ jifhem kemm din is-stwazzjoni kienet ta’ inkonvenjent għar-residenti fid-Dar għall-Anzjani, li l-uniku żvog tagħhom ikun xi passiġġata fil-ġnien tar-Residenza.
//= $special ?>
