Futbol Sport

Marta b’appell passjonat lejn il-ġenerazzjoni żagħżugħa ta’ plejers Brażiljani

(Ritratt: EPA)

Appell mill-qalb iżda b’saħħtu tal-plejer ta’ esperjenza Marta lejn il-ġenerazzjoni futura ta’ plejers Brażiljani. Bil-penalty li skorjat kontra l-Italja fil-fażi tal-gruppi, Marta skorjat is-17-il gowl fit-Tazza tad-Dinja u waqqfet rekord storiku.

Huma kienu eliminati minn Franza fil-fażi tal-aħħar 16 tat-Tazza tad-Dinja b’Marta ma toqgħodx lura milli tikkumenta bl-aktar mod ġenwin. “Irrid nifraħ u nibki bil-ferħ imma irrid ngħid li hemm bżonn nibki u nbati fil-bidu biex inkun nista’ nifraħ fl-aħħar. Hemm bżonn li nemmnu fil-futur ta’ dan in-nazzjonal li iżda jridu jaħdmu u jagħmlu s-sagrifiċċji aktar.”

Marta appellat għall-ġenerazzjoni li jmiss ta’ plejers Brażiljani. Hi qalet li dawn il-plejers iridu jemmnu aktar fihom infushom għaliex mhux dejjem se jkun hemm plejers bħal Formiga, bħalha jew Cristiane. Marta kompliet li l-futbol tan-nisa għandu bżonnhom biex jgħix u jitbissem fl-aħħar.