Sport

Milan u Cortina jirbħu d-dritt li jorganizzaw l-Olimpjadi tax-Xitwa tal-2026

(Ritratt: EPA)

Milan u Cortina se jorganizzaw l-Olimpjadi tax-Xitwa tal-2026 wara li rebħu l-appoġġ tal-membri tal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali f’Lausanne. Milan għelbet l-isfida ta’ Stokkolma u Aare b’47 vot kontra 34 tal-belt Żvediża.

Dawn iż-żewġt ibliet kienu l-uniċi kandidati li kien fadal wara li l-belt Żvizzera Sion, Sapporo tal-Ġappun, Graz tal-Awstrija u Calgary tal-Kanada rtiraw mit-tellieqa minħabba tħassib dwar il-kobor u l-ispejjeż tal-avveniment.

Din se tkun ir-raba’ darba li belt Taljana se torganizza dawn il-Logħob wara Cortina fl-1956, Ruma fl-1960 u Turin fl-2006. L-edizzjoni li jmiss tal-2022 se ssir fil-kapitali Ċiniża Beijing.