Lokali

Nhar l-Erbgħa tingħata l-aħħar tislima liċ-ċkejkna Elisa

Nhar l-Erbgħa, 26 ta’ Ġunju, bosta qraba u ħbieb mistennija jinġabru fil-Knisja Arċipretali ta’ Ħaż-Żebbuġ sabiex jagħtu l-aħħar tislima lil Elisa Buhagiar – iċ-ċkejkna ta’ 10 snin li tilfet ħajjitha f’inċident tat-traffiku mill-aktar sfortunat.

Bosta studenti, qraba u għalliema ddeskrivewha bħala tifla dejjem bi tbissima fuq fommha, qalbha tad-deheb u studenta eżemplari.

Elisa tilfet il-battalja mal-mewt wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku nhar il-Ħamis, 20 ta’ Ġunju.

Filwaqt li l-funeral ser isir fit-3.30 ta’ wara nofsinhar – il-familja qed titlob sabiex min jattendi jilbes l-abjad jew roża.