- Claudette Buttigieg
Id-deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg sostniet li minkejja li fil-pajjiż hawn il-liġijiet neċessarji, fis-settur tal-kostruzzjoni hawn nuqqas ta’ osservanza tar-regoli fejn kollox sar jgħaddi.
Fil-parlament Claudette Buttigieg qalet li hemm aspetti amrbuta mal-protezzjoni ċivili u staqsiet x’kienet tkun il-pożizzjoni kienu dawn il-liġijiet kienu diġà fis-seħħ. Hi semmiet il-ħidma tal-Malta Police Association li kienet spjegat li l-att imur kontra r-regoli tal-UE.
Claudette Buttigieg sellmet il-ħidma tal-membri tal-korpi dixxiplinati u semmiet l-importanza tal-protezzjoni għall-persuni li jkunu qed jaħdmu f’dawn iċ-ċirkostanzi. Hi semmiet l-impenn tas-suldati Maltin fil-ħidma kontra l-piraterija. Claudette Buttigieg qalet li waqt it-taħriġ għandu jkun assigurat is-saħħa u s-sigurtà ta’ dawn il-ħaddiema.
Claudette Buttigieg staqsiet dwar il-preparamenti għal din il-liġi u appelleta biex ikun hemm ikun iffukar fuq każi ta’ perikolu minħabba l-kostruzzjoni. Ħafna persuni qed jgħixu fil-biża’ li jaqa’ kollox fuqhom u jeħtieġu punt ta’ riferiment. Il-pajjiż għandu regolari, sostniet Claudette Buttigieg li qalet li b’mod ġenerali hawn attitudni ta’ nuqqas ta’ osservanza tar-regoli.
Il-gvern mhux jgħid kif l-OHSA se tkun involuta fir-regoli l-ġodda tal-kostruzzjoni parikolarment dwar il-ħaddiema u l-kwalifiċi li dawn suppost għandhom. Illum hawn attenzjoni kbira fuq il-periti li issa qed tintefa’ fuqhom ir-responsabbiltà kollha għall-ħaddiema. Ir-responsabbiltà għandha tinfirex ma’ kulħadd, qalet id-deputat Nazzjonalista li sosntiet li r-rwol tal-OHSA għandu jkun ktar speċifikat.
//= $special ?>