Internazzjonali

Tiċċaqlaq l-art f’Ruma

Theżżiża ta 3.7 fuq l-iskala Richter laqtet il-belt kapitali Taljana.

It-theżżiża kellha l-epiċentru tagħha 20 kilometru minn Ruma f’fond ta’ madwar 9 kilometri, qrib Castelli Romani, San Cesareo, Gallicano nel  Lazio, Zagarolo u Monte Compatri .

Skont is-Sindku ta’ Colonna Fausto Giuliani qed isiru verifiki tad-danni  hekk kif jirriżulta li xi binjiet sofrew ħsarat biċ-ċaqliq tal-art. Hu qal li sa issa ma rċevewx rapporti ta’ nies imweġġa imma ħafna huma mbeżża u n-numru tal-emerġenza l-112 irċieva numru kbir ta’ telefonati fis-sigħat li għaddew.

Iz-zona ta’ Colli Albani li nltaqtet mit-theżżiż hija magħrufa għal vulnerabilità tagħha għall-attivita sismika iżda minkejja dan qatt ma ġew reġistrati theżżiżiet kbar f’din il-parti tal-Italja.