Internazzjonali

TURKIJA: Erdogan megħlub f’Istanbul

Iċ-ċelebrazzjonijiet baqgħu għaddejjin il-lejl kollu f’Istanbul hekk kif il-partit fl-Oppożizzjoni rebaħ il-maġġoranza fil-belt Torka.

Il-President Tork Tayyip Erdogan fi tweet awgura lil Ekrem Imamoglu li kiseb 54% tal-voti kontra 45% tal-kandidat ta’ Erdogan Binali Yildirim.

Din kienet it-tieni elezzjoni fi żmien ftit ġimgħat f’Istanbul wara li fil-31 ta Marzu Imamoglu kien diġa kiseb iktar voti mill-kandidat tal-Gvern, iżda Erodgan baqa’ jisfida l-vot ta’ dakinhar sakemm ir-riżultat ġie ddikkjarat null il-ġimgħa li għaddiet biex reġgħet issejħet elezzjoni oħra.

Madankollu, f’din it-tieni elezzjoni, ir-riżultat mhux biss ġie kkonfermat, talli Imamoglu kompla żied fl-appoġġ tiegħu biex kiseb rebħa aktar konvinċenti.

It-toroq ta’ Istanbul mal-lejl kienu maħnuqa b’żgħażagħ jiċċelebraw bi bnadar Torok sal-ħiijiet bikrin ta’ dalgħodu.