Lokali

Arrestati 3 persuni għat-traffikar tad-droga

Tliet persuni ġew arrestati nhar il-Ħadd filgħaxija minħabba li nstabitilhom id-droga u hu suspettat li jittraffikawha.

Dan sar b’ħidma mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga assistiti minn membri tar-Rapid Intervention Unit, f’residenza fi Triq il-Kubrit, il-Gżira. Fir-residenza nstabu diversi qratas bi trab abjad allegatament kokaina, kif ukoll diversi oġġetti oħra relatati mal-abbuż u t-traffikar tal-istess droga.

L-arrestati huma tliet Maltin li l-età tagħhom tvarja bejn il-25 u l-40 sena. Huma joqogħdu l-Imsida, il-Gżira, u l-Belt Valletta.