– Ivan Bartolo, PN
Id-deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo qal li għad fadal ħafna diffikultajiet għall-ex priġunieri biex jintegraw fis-soċjetà.
Fil-parlament Ivan Bartolo qal li kellmuh ħames ex priġunieri li tnejn minnhomma kellhomx akrta tal-dientitta u għalhekk ma setgħux jidħlu fil-parlament biex ikellmuh. Hu qal li dawk li jkunu liberati mill-ħabs iġorru l-piżijiet biex jinegraw ruħhom fis-soċjetà anki minħabba li l-komunitajiet żgħar.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li dawk li rjidu jibdlu ħajjithom għandhom jingħataw l-għajnuna neċessarja. Dawn in-nies iridu jħabbtu wiċċhom ma sitwazzjonijiet diffiċli minħabba li s-soċjetà hi dik li hi. Biex issir karta tal-identità l-ex ħabsin irid ikollhom residenza u meta japplikaw għall-benefiċċju soċjali jsibu l-bibien magħluqa.
Ian Bartolo qal li l-ex ħabsin qed jispiċċaw fl-istess toroq ħżiena li jkunu spiċċaw fihom qabel. Jeħtieġ li jsiru l-proċeduri kollha, inkluż indirizz ta’ organizzazzjoni soċjali biex dawn jerġgħu jibdew. Is-soċjetà falliet f’dan ir-rigward u huma residenti f’Malta anki jekk m’humiex Maltin. Dawn qed jispiċċaw jittallbu fit-toroq Maltin.
Hu semma’ lil William Agius li kien għamel programm ta’ riabilitazzjoni mid-droga u spiżża jbiegħ u stess. Ma tħossx kieku dan kien familjari tiegħek? staqsa Ivan Bartolo, li qal li William ipprova jibni ħajtu mill-ġdid iżda s-sistema tibgħat il-ħabs lil bniedem li rriforma ruħu wara 10 snin ħabs wara lidan irriforma ruħu. Hemm imħallfin u qrati li jkollhom idejhom marbutin bil-liġi iżda m’għandux ikun aċċettabbli li persuna terġa’ tintbgħat il-ħabs wara li irriforma.
//= $special ?>