Pajjiżna qed jara żieda fl-ammont ta’ persuni li jfittxu l-għajnuna biex jegħlbu d-dipendenza mill-alkoħol.
Għalkemm din tista’ tinstema’ bħala xi ħaġa negattiva, fil-verità l-awtoritajiet qed iħarsu lejn din l-istatistika bħala xi ħaġa inkoraġġanti anke għaliex għal snin twal kellna l-mentalità li aħjar wieħed idur għall-alkoħol milli d-droga.
Dan bil-konsegwenza li dipendenza fuq l-alkoħol għal perjodu ta’ snin donnu kważi kienet titqies bħala xi ħaġa aċċettabbli.
Tkellem ma’ Net News ic-chairperson tal-Fondazzjoni ghall-Harsien Socjali Joe Gerada fejn stqarr kif l-alkoħol, għalkemm hu sustanza legali, ma tkunx qed tikser il-liġi, fl-istess ħin tagħmel ħsara fuq is-saħħa. Filfatt, iktar imutu nies b’konsegwenza diretta tal-alkoħol milli minħabba d-droga.
L-Aġenzija Sedqa qed tfakkar il-25 sena ta’ ħidma f’pajjiżna, liema ħidma wasslet fost oħrajn biex tqajjem iktar għarfien dwar il-periklu tal-erojina, li llum-il ġurnata naqset sew fl-użu tagħha..
Madankollu, l-Aġenzija Sedqa qed tipprepara ruħha dejjem iktar għal sfidi ġodda; fost sfidi li ġejjin minn abbuz akbar tal-kokaina u droga sintetika.
F’pajjiżna qed tinbidel ukoll il-mentalità b’persuni li jippreferu jfittxu servizzi fil-komunità minflok jidhlu f’post residenzjali…. biex b’hekk il-ħajja tax-xogħol u l-impjieg fl-istess waqt tkompli.
//= $special ?>