Lokali Parlament

Il-Gvern irid jieqaf, jisma’ u jikkonsulta fis-settur tal-kostruzzjoni

  • Toni Bezzina, PN

Il-gvern irid jieqaf, jisma’ u jikkonsulta bis-serjetà għaliex illum il-gvern bidel il-konsultazzjoni ma’ informazzjoni.

Fil-parlament id-deputat Nazzjonalista Toni Bezzina tkellem dwar l-importanza li tkun salvagwardjata s-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema u tal-persuni li jkunu jgħixu fil-amdar. Din is-sitwazzjoni llum hi riżultat tan-nuqqas ta’ azzjoni mill-gvern li kellu jantiċipa din is-sitwazzjoni partikolarment fl-ammont ta’ siti li fihom ikun għaddej ix-xogħol.

Toni Bezzina qal li għandu jsir investiment ikbar fl-awtoritajiet ta’ kontrolli u superviżjoni għaliex kif inhuma llum dawn ma jistgħux jieħdu l-azzjonijiet meħtieġa quddiem sitwazzjoni li fiha l-pajjiż inġieb ġungla.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li jeħtieġ ri-infurzar f’dawn is-setturi iżda trid tinbidel il-mentalità billi l-gvern jerfa’ r-responsabbiltà tiegħu billi jipprovdi t-taħriġ kontinwu għal kull min involut fis-settur tal-kostruzzjoni. Hu qal li kull min ikun involut fil-kostruzzjoni għandu jkun jaf id-dmirijiet u r-responsabbiltajiet tiegħu.

Toni Bezzina tkellem dwar l-importanza tal-konsultazzjoni serja u spjega kif il-kuntratturi kollha ma jistgħux jitpoġġew kolha fl-istess keffa. Hu qal li filwaqt li s-siti huma magħluqa fil-Marsa x-xogħol baqa’ għaddej. Għandu jinħoloq qafas biex tingħata għajnuna materjali u psikoloġika lil individwi milquta minn problemi maħluqa minn inċidenti fis-settur tal-kostruzzjoni.