Il-Ministru Chris Fearne kkritika lill-Union tal-Infermiera u l-Qwiebel, l-MUMN, wara li ssejħu numru ta’ direttivi fl-aħħar jiem.
Direttivi li ħarġu wara li nħolqot dik li l-President Paul Pace ddeskriva bħala sitwazzjoni diskriminatorja fejn gruppi differenti ta’ qwiebel spiċċaw jaħdmu b’kundizzjonijiet li jvarjaw b’mod sinifikanti.
Iżda minkejja din is-sitwazzjoni, il-Ministru Fearne kkritika lill-MUMN li qal li hi union li tippreferi tmur għad-direttivi malajr.
Ippressat mill-mistoqsijiet, il-Ministru Chris Fearne ddikjara li, għalkemm l-MUMN għandha dritt tagħmel id-direttivi tagħha, hu ma jaqbilx mad-direttivi msejħa.
Sadattant il-management tal-Isptar Mater Dei fl-aħħar sigħat ippropona proposti ġodda bl-iskop li tkun solvuta din il-kwistjoni partikolari. Madankollu jammetti li din mhix l-unika kwistjoni fis-settur tas-saħħa.
//= $special ?>