Lokali

Il-Partit Nazzjonalista jirċievi 5 nomini għal karigi fi ħdanu

Accept Analitiċi cookies to view the content.

It-Tlieta għalaq il-perjodu li fih il-Kummissjoni Elettorali kienet qed tircievi n-nominazzjonijet għall-karigi vakanti ta’ President tal-Kunsill Amministrattiv, President tal-Kumitat Eżekuttiv u Teżerior.

Bl-elezzjoni għall-ħatra ta’ dawn l-Uffiċjali se tkun qed issir nhar il-Ħamis 4 ta’ Lulju, it-tliet karigi se jkunu kkuntestati minn ħames persuni differenti.

Għall-kariga ta’ President Kunsill Amministrattiv, tefghu n-nomina taghhom Graham Bencini u Carmelo Mifsud Bonnici.

Għall-karitga ta’ President Kumitat Eżekuttiv qed jikkuntestaw Graziella Attard Previ u Alex Perici Calascione.

Dan waqt li Charles Selvaggi kien l-uniku persuna li tefa’ n-nomina ghall-kariga ta’ Teżorier.

L-elezzjoni ssir waqt il-laqgħa tal-Kumitat Eżekuttiv li se ssir fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista.