Internazzjonali Lokali

Il-poplu Malti għandu dritt ikun jaf il-verità – PN

Il-Partit Nazzjonalista jirreferi għall-aħbar żvelata fil-midja li Neville Gafa kien parti minn delegazzjoni diplomatika ta’ pajjiżna fil-Libja. Fir-rapporti fil-midja ġie ddikjarat li ma ngħatatx spjegazzjoni pubblika.

Fid-dawl tal-importanza li pajjiżna dejjem ta lir-rapporti diplomatiċi mal-Libja, u tal-ħidma li saret minn kull Gvern, Il-PN jqis li dan huwa aġir żbaljat. Il-poplu Malti għandu dritt li jkun jaf ir-raġuni li Neville Gafa, li tkeċċa mill-Vici Prim Ministru Chris Fearne, kien qiegħed jakkumpanja lill-Ambaxxatur ta’ pajjiżna Charles Saliba.

Fi stqarrija maħruġa mill-kelliem tal-Oppożizzjoni dwar l-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ Carmelo Mifsud Bonnici kif ukoll is-Segretarja Internazzjonali tal-Partit Nazzjonalista Roselyn Borg Knight huma stqarrew li l-Partit Nazzjonalista filwaqt li jfakkar li f’kull demokrazija l-Gvern għandu jkun trasparenti u jispjega, jappella sabiex jkun hemm dikjarazzjoni pubblika immedjata dwar il-preżenza ta’ Neville Gafa. M’għandux ikun li r-rapporti diplomatiċi mal-Libja jiġu mtappna minħabba dan l-aġir mhux korrett.