Festi Lokali

Ineħħu l-bżieżaq miċ-ċelebrazzjonijiet tal-festa ta’ San Ġorġ f’Ħal Qormi

Bidla żgħira iżda li għamlet ġid għall-ambjent. Hekk kif ilbieraħ bdew iċ-ċelebrazzjonijiet tal-festa ta’ San Ġorġ f’Ħal Qormi, bil-ħruġ tal-istatwa titulari min niċċa,

Minn din is-sena fiċ-ċelebrazzjonijiet tal-ħruġ intużaw bnadar żgħar, minflok il-bżieżaq li ssoltu kienu jintużaw.

Dawn il-bnadar ingħataw b’xejn u biex jgħinu aktar l-ambjent, il-Kumitat Festi Esterni San Ġorġ Martri Qormi qed jappellaw sabiex dawn il-bnadar jibqgħu jintużaw matul dawn il-jiem tal-festa u anke fis-snin li ġejjin.

Ritratt ta’ Josef Agius