Lokali Parlament

Jeħtieġ li n-nies ikollhom is-sigurtà fi djarhom fejn ikun hemm il-kostruzzjoni

  • Beppe Fenech Adami, PN

Fil-parlament id-deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami tkellem ukoll dwar l-importanza tas-serħan il-moħħ u s-sigurtà fid-djar tal-familji Maltin fil-postijiet fejn ikun hemm il-kostruzzjoni.

Dwar l-att dwar l-OHSA, Beppe Fenech Adami qal li l-Oppożizzjoni taqbel mal-emenda tal-Gvern biex tikkjarifika b’mod ċar li l-Att dwar is-saħħa u s-sigurta fuq il-post tax-xogħol japplika wkoll għall-korpi dixxiplinati għalkemm ikun hemm ċirkostanza fejn dan ma jkunx daqshekk tassattiv. Hu faħħar il-ħidma li jwettqu l-membri tal-korpi dixxiplinati partikolarment għall-ħidma li huam wettqu fl-aħħar ġranet quddiem l-inċidenti fis-settur tal-kostruzzjoni.

Is-sitwazzjoni fil-pajjiż f’dan il-kuntest marret lura. Minn Novembru sal-lum kien hemm numru kbir ta’ inċidenti, sostna Beppe Fenech Adami li qal li hu ħażin li mhux tingħata l-attenzjoni meta jseħħu dawn l-inċidenti.

Donnu s-soċjetà mhux tagħti każ meta jseħħu dawn l-inċidenti fis-ettur tal-kostruzzjoni. Husemma’ l-ferneżija li hwn fis-settur tal-kostruzzjoni u enfażizza l-importanza tal-konoxxenza tal-perikli mill-istess ħaddiema li jaħdmu fil-kostruzzjoni. L-ikbar problema mhix li m’hawnx regoli ża li dawn ir-regoli m’humiex jiġu implimentati b’mod rigoruż.

Beppe Fenech Adami tkellem dwar l-importanza tas-sigrutà it-toroq u espriema l-preokuazzjoni kbira għan-numru kbir ta’ inċidenti gravi li qed isiru fil-pajjiż. Hu appella lill-kuntratturi kollha biex josservaw i-regoli kollha, inklu it-tabelli u d-dixxplina.

Beppe Fenech Adami qal li l-parlament Malti issa għandu lid-deputat Kevin Cutajar li hu persuna bi sfidi partikolari għaliex hu nieqes mid-dawl u appella biex il-parlament jagħti l-għodda lil Kevin Cutajar biex ikun jista’ jaħdem. Hu ppella beix ikun ikkunsidirat li jkun hemm min jipprovdi trasport lil Kein Cutajar minn u lejn il-parlament. Kevin Cutajar għandu wkoll bżonn assistent fil-ħidma parlamentari tiegħu.