Parlament

Kunsilli ngħaqdu flimkien biex saħħew id-demokrazija…iżda l-gvern qed jherriha

  • Edwin Vassallo, PN

Id-deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo qal li ġraw affarijiet fil-pajjiż fejn hemm NGOs, kunsilli lokali li qed jaqdu rwol importanti biex jagħtu vuċi lill-poplu iktar mid-deputati.

Fil-parlament hu semma’ inizjattiva li ħadu f’isem in-nies l-kunsill ta’ Pembroke, San Ġiljan u s-Swieqi li għamel kawża kontra permess ta’ bini fil-bajja ta’ San Ġorġ.

Dawn saħħew id-demokrazija għax kellmu f’isem in-nies, li rebħu kawża fil-qorti u saret ġustizzja fejn il-qorti annullat permess li ħareġ mill-Awtorità tal-Ippjanar.

Dak il-permess ma kienx qed iġib l-interess tan-nies bħala prijorità. Id-demokrazija hi t-tisħiħ tal-vuċi tan-nies iżda l-Prim Ministru ammetta li kien hemm nuqqas ta’ infurzar minħabba li s-settur tal-kostruzzjoni kiber iktar mir-regulaturi.

Edwin Vassallo qal li hawn loġika li kulħadd jagħmel li jrid fejn il-liġi mhix infurzata. Issa hawn il-bini li qed jaqgħu b’familji jispiċċaw bla dar. Il-gvern qed iġib anarkija fil-pajjiż.

Din hi demokrazija falza li qed therri lill-istess demokrazija, sostna Edwin Vassallo.