Illum tressqet petizzjoni iffirmata minn 200 persuna sabiex fi żmien ġimgħa jitlaqqa’ l-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista.
Din il-petizzjoni nġabret mill-membru tal-Eżekuttiv Ivan Bartolo, mill-eks Pesident tal-Ezekuttiv tal-PN Mark Anthony Sammut, mis-Segretarju Ġenerali tal-MZPN Emma Portelli Bonnici, Martin Musumeci, Viċi President tal-Forum tal-Professjonisti tal-PN u minn Emvin Bartolo, rappreżentant distettwali tat-12-il distrett u kunsillier lokali.
F’konferenza tal-aħbarijiet huma qalu li qed jitolbu sabiex il-Kunsill Ġenerali jiddiskuti r-riżultat miksub mill-Partit Nazzjonalista fl-Elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Lokali, u r-responsabbiltaa politika li għandha tintrefa’ minn Adrian Delia bhala Kap tal-Partit.
Ivan Bartolo qal li hu sħabu qed iressqu din il-mozzjoni biex tiġi salvata d-demokrazija f’pajjiżna billi jsiru t-tibdiliet li hemm bzonn fil-partit Nazzjonalista.
Sadanittant sorsi fil-media indipendenti żvelaw li qed tinġabar mozzjoni oħra fost it-tesserati. Huwa rrapurtat li din il-petizzjoni qed tgħid li l-Kap tal-Partit ġie magħżul skont l-istatut bil-vot tat-tesserati fil-Konvenzjoni Ġenerali u għalhekk l-ebda vot ta’ organu ieħor ma’ għandu dritt ibiddel jew iħassar id-deċiżjoni tagħhom.
//= $special ?>