Raġel ta’ 65 sena sofra minn ġrieħi gravi wara li waqa’ minn fuq sellum. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-sagħtejn f’residenza fi Triq Frans Sammut f’Ħaż-Żabbuġ.
Il-Pulizija marru minnufih fuq il-post fejn minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li r-raġel residenti Ħaż-Żebbuġ kien sofra xi ġrieħi wara li waqa’ minn fuq sellum waqt li kien qed jagħmel xi xogħlijiet f’residenza.
Il-vittma ttieħed minnufih l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza fejn ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>

