Tard it-Tlieta filgħaxija, residenza fi Triq Brighella f’Birkirkara nħakmet min-nirien.
Fuq il-post issejħet ambulanza, numru ta’ pulizija u membri tal-protezzjoni ċivili li marru fuq il-post bi tliet vetturi ta tifi ta’ nar f’inċident li skont informazzjoni li kiseb dan is-sit, fih ma weġġa’ ħadd.
Jista’ jkun li dan kien kawżat minn short circuit ta’ fan, b’dan is-sit jokkonferma li n-nar beda mill-kamra tal-ħasil tar-residenza.
Il-kamra bdiet taqbad għall-ħabta tad-9PM fejn kien hawnekk li ġew infurmati il-membri tal-protezzjoni ċivili b’telefonata minn fuq il-post.
Kollox kien ikkontrollat f’temp ta’ siegħa u fuq il-post m’għad hemm l-ebda periklu.
Dan mhux l-ewwel każ ta’ nar f’residenza fl-aħħar ġranet hekk kif ftit tal-jiem ilu, filwaqt li kien qed jaqbad il-Miżieb u Chadwick Lakes f’operazzjonijiet imdaqqsa li l-protezzjoni ċivili kkontrollaw, kien hemm każijiet ta’ nar f’numru ta’ residenzi f’Għawdex u oħra f’Birkirkara – Dan filwaqt li madwar ġimgħa ilu kien hemm rapporti ta’ nar f’residenza fl-Imsida fost oħrajn.
//= $special ?>