Futbol Sport

San Ġiljan u Marsaxlokk favoriti li jirbħu kontra Exiles u Otters rispettivament

(Ritratt: Martin Agius)

San Ġiljan TUM Invest jibdew favoriti li jiksbu t-tielet rebħa minn Grupp A b’konfront kontra Exiles Elia Caterers. Iż-żewġ timijiet huma mistennija li jilagħbu fil-Kampjonat Premier iżda Exiles ġejjin minn żewġ prestazzjonijiet mhux konvinċenti u għalhekk iridu jwettqu reazzjoni f’din il-logħba biex jgħollu l-livell tagħhom.

Exiles kienu jinsabu minn fuq sa nofs il-logħba kontra Sliema iżda sofrew minn reazzjoni tal-avversarji u spiċċa biex minn 6-3 minn fuq tilfu 14-7. Kontra Marsaskala huma kisbu rebħa ta’ 10-8 fejn għalkemm prattikament dejjem kienu fil-vantaġġ, ma rnexxielhomx jiftħu vantaġġ kbir.

Il-Ġiljaniżi sa issa kellhom żewġ logħbiet relattivament faċli kontra Marsaskala u Birżebbuġa. Huma se jkollhom għadma aktar iebsa u jkollhom logħba diffiċli jekk Exiles juru l-prestazzjonijiet tal-istaġun li għadda.

Fil-logħba l-oħra tal-lum, Marsaxlokk Brown’s Pharmacy għandhom ċans tajjeb li jagħmlu pass ieħor li realistikament ikun deċiżiv biex jilagħbu fil-Kampjonat Premier. Il-potenzjal tar-Russu Ivan Nagaev qed imexxi lix-Xlukkajri u għandhom biżżejjed saħħa fit-tim biex jegħlbu lil Otters.

Grupp A

Illum: San Ġiljan v Exiles 7.30pm

Għada: Sliema v Marsaskala 6.45pm

Grupp B

Illum: Otters v Marsaxlokk 6.15pm

Għada: Sirens v Ta’ Xbiex 5.30pm, Neptunes v Valletta 8.00pm