Omm ta’ ħamest itfal li flimkien ma’ Jordan Azzopardi jinsabu taħt akkuża , qed taffaċċja akkużi ġodda wara li allegatament offriet il-flus lil wieħed mix-xhieda potenzjali.
Il-kumpilazzjoni kontra l-allegat traffikant tad-droga u s-sieħba tiegħu kompliet dalgħodu. L-Ispettur Mark Anthony Mercieca avża lill-Qorti li wara l-avvenimenti li seħħew matul il-seduta ta’ qabel li kienu rriżultaw bil-mara tkun arresta mill-ġdid, aktar investigazzjonijiet wasslu biex sar magħruf li hija offriet ħlas lil wieħed mix-xhieda.
Il-mara u Jordan Azzopardi kien għamlu żewġ telefonati waqt li kienu miżmuma, l-ewwel waħda fis-6 ta’ Ġunju fejn kienu semmew il-persuna li se tkun parti mix-xhieda. L-għada mbagħad, il-mara kienet avżat lis-sieħeb tagħha biex il-persuna in kwistjoni tkun avviċinata. Il-pulizija kienet arrestat terza persuna li kienet avviċinat lil Luke Vella, eks klijent tan-negozjant tad-droga, li kien se jixhed fil-kumpilazzjoni.
Is-sieħba ta’ Azzopardi kitbet il-mistoqsijiet li għandhom isiru lill Vella fuq karta. Il-mistoqsijiet inqraw fil-Qorti mill-Ispettur Mercieca. Luke Vella ddeċieda li jitkellem minħabba li spiċċa mhedded
Dan kollu wassal biex il-mara terġa’ titpoġġa taħt kustodja u b’hekk tkun suġġetta għal investigazzjonijiet ġodda tal-pulizija, minkejja li hi qalet li kienet qd tirċievi telefonati ta’ theddid ukoll.
Dalgħodu fil-Qorti kompliet tinstema’ aktar evidenza minn peruna li kienet arrestat waqt raid tal-pulizija f’razzett il-Marsa u li bħalissa qed jiskonta sentenza ta’ ħabs.
Hu spjega kif kien pjanat li tkun konvertita proprjetà fil-Pietà. Is-sieħeb ta’ tiegħu f’dan il-proġett kien Luke Vella. Iżda dawn il-pjanijiet taru kollha mar-riħ meta daħal fix-xena Jordan Azzopardi u spiċċaw kollha arrestati.
Fil-bidu ta’ xhieda tiegħu, Lee Jonathan Borg insista li hu kien fil-post żbaljat fil-ħin ħażin. Sostna li hu kien avviċinat minn Azzopardi biss ġimgħa qabel l-arrest tiegħu biex jikri r-residenza tal-Pietà għal persuna ‘homeless’.
It-tnejn qablu fuq kera kull xahar ta’ €700, fejn Borg qal li kien talab liz-zija tiegħu biex tiġbor il-pagamenti mingħand Azzopardi. Hi ltaqgħet miegħu fil-pjazza tal-Gżira madwar 3 darbiet.
Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Isptetturi Mark Anthony Mercieca u Justine Grech. L-Avukati Anne Marie Cutajar dehret għall-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali, filwaqt li l-Avukati Franco Debono u Amadeus Cachia dehru għall-akkużati.
Il-kunpilazzjoni mistennija tkompli x-xahar id-dieħel.
//= $special ?>