Żewġt irġiel u żewġ nisa, ikoll Maltin u li l-età tagħhpm tvarja bejn id-29 u t-53 sena ġew arrestati mill-Iskwadra ta’ Kontra l-Vizzju tad-Droga, ilbieraħ filgħaxija
L-arrest sar ġewwa residenza fi Triq Amery, Tas-Sliema, fejn instab li kien qed isir abbuż u traffikar ta’ diversi sustanzi. Fir-residenza nstabu diversi qratas bi trab abjad u kannella allegatament droga kokaina u eroina li kienu lesti sabiex jiġu ttraffikati.
Instabu ukoll diversi oġġetti oħra relatati malabbuż u t-traffikar tad-droga flimkien ma’ ammont ta’ flus kontanti.
Il-Maġistrat tal-Għassa Claire Stafrace Żammit ġiet infurmata bis-sejba u ħatret diversi esperti sabiex jassistu fl-inkjesta li ġiet appuntanta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin filwaqt li mhux eskluż li l-persuni jitressqu l-Qorti b’rabta ma’ din is-sejba.
//= $special ?>