Lokali

Anzjana tkun qed tegħreq iżda tissalva minn nies preżenti

Mill-Arkivji

Franċiża ta’ 83 sena qed issofri minn ġrieħi serji hekk kif sabet xi diffikultà waqt li kienet qed tgħum f’bajja fil-Mellieħa.

L-inċident seħħ għal ħabta ta’ 6.15 ta’ filgħaxija hekk kif diversi persuni tellawha fuq l-art u sejħu l-għajnuna tal-Pulizija għall-assistenza tagħhom.

Fuq il-post intbagħtet ukoll ambulanza fejn l-anzjana ngħatat l-ewwel għajnuna u ttieħdet l-Isptar Mater Dei għal iktar kura.

Għadu mhux magħruf x’wassal għal dan.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Farrugia li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.