Futbol Sport

David Silva jieħu deċiżjoni dwar il-futur tiegħu

David Silva kkonferma li se jħalli liċ-champions Ingliżi Manchester City fi tmiem l-istaġun li ġej wara 10 snin mal-klabb. Silva li għandu 33 sena, lagħab sa issa 395 logħba u ngħaqad ma’ City fl-2010. Waqt konferenza stampa, Silva qal li wara diċenju nħoss li hu l-aħjar żmien biex jispiċċa minn mal-klabb.

F’Marzu li għadda, Silva ffirma kuntratt ta’ sena mal-klabb. “Fil-bidu, City bdew jitkellmu fuq sentejn, imma ddeċidejt li niffirma sena biex nispiċċa f’10 snin. B’hekk jitkompla ċiklu, hi ċifra. Ma nistax nara lili nnifsi nilgħab kontra City għal tim ieħor. Għalhekk 10 snin, daqshekk.”

Fl-esperjenza tiegħu ma’ Manchester City, David Silva rebaħ erba’ darbiet il-Premier League, darbtejn l-FA Cup u erba’ darbiet il-League Cup. Fl-istaġun li għadda Silva reġa’ lagħab parti importanti biex Manchester City rebħu l-Premier League għat-tieni staġun konsekuttiv. Maċ-champions Ingliżi, l-Ispanjol għamel 83 assists u skorja 71 gowl fil-kompetizzjonijiet kollha.