Bini fi Vienna waqa’ diversi sulari u ħalla diversi persuni jsofri xi ġrieħi, b’uħud minnhom qed isofru minn ġrieħi serji.
Kelliema għall-Pulizija qalu li dan seħħ għall-ħabta tal-4.30 ta’ wara nofsinhar hekk kif kien hemm splużjoni tal-gass.
Residenti tal-istess bini u oħrajn viċin ġew evakwati biex jiġi evitati kull tip ta’ periklu li setaw kienu fih.
Jidher li madwar żewġ binjiet għandhom għoli ta’ madwar tlieta jew erba’ sulari f’ħofra mal-faċċata, bit-toroq fil-viċinanza mtlew kollha trab u fdalijiet.
Diversi persuni u ħaddiema tal-protezzjoni ċivili ħadu diversi persuni feruti ‘l bogħod mill-periklu filwaqt li għaddejja tfittxija għal xi vittmi li possibilment inqabdu taħt it-tifrik.




