Inkonsistenza u tidwir bil-kliem fit-tweġibiet tal-Prim Ministru Joseph Muscat għall-mistoqsijiet diretti dwar is-sitwazzjoni fil-qasam tal-kostruzzjoni. Sitwazzjoni li kull ma jmur qed jidher aktar ċar li minflok li ġiet riżolta, iktar ikkumplikat ruħha b’dawn ir-regolamenti l-ġodda li għamel il-Gvern.
Wara l-mod mgħaġġel li bih ġew imnedija dawn ir-regolamenti,u li kienu fil-mira ta’ kritika qawwija tal-Kamra tal-Periti fost l-oħrajn, Joseph Muscat qed jgħid li issa trid tibda tintrefa’ r-responsabbilità.
U filwaqt li qal li dawn ir-regolamenti ma kienux riżultat ta’ proċess mgħaġġel, fl-istess ħin wera li għad hemm dubji kbar dwar dettalji importanti bħal jekk għandux ikun hemm biss periti involuti, jew jekk għandux ikun hemm enġiera, jew jekk hux se tinħoloq professjoni oħra.
Sadanittant ma naqasx il-kumment sottili ta’ Muscat dwar “esperti aktar bravi minna” li jesprimu ruħhom dwar din is-sitwazzjoni.
Li kien ċert dwaru Joseph Muscat kien il-fatt illi żgur se jiżdiedu l-ispejjeż.
//= $special ?>