Lokali Parlament

Il-vittmi tal-vjolenza domestika jeħtieġu iktar protezzjoni mill-pulizija

  • Claudette Buttigieg, PN

Id-deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg appellat biex il-pulizija tagħti l-protezzjoni meħtieġa lill-vittmi tal-vjolenza domestika.

Fil-parlament Claudette Buttigieg tkellmet dwar il-Konvenzjoni ta’ Istanbul u qalet li dan id-dokument jintuża madwar id-dinja fl-isfond tal-vjolenza domestika biex ikun hemm uniformità dwar kif il-pajji’i għandhom jimxu quddiem il-vjolenza domestika. Hi sostniet li jeħtieġ li l-preżenza tal-Kummissjoni tinħass iktar. Is-soċjetà għandha tħoss il-polz tal-vjolenza domestika u l-vjolenza fuq bażi tal-ġeneru hi problema tas-soċjetà kolha u mhix problema tan-nisa biss għaliex din hi problema li qed tnawwar is-soċjetà kollha.

Id-deputat Nazzjonalista tkellmet dwar il-kumpens ta-manteniment u dwar ir-rata tiżdied ta’ suwiidju fl-irġiel. Qed isir żball fis-soċjetà meta ma sisrx diskussjoni fis-soċjetà għaliex hemm rabta ta’ dannu morali meta jkun hemm persuna li tkun vittimizzata f’darha jew fil-post tax-xogħol, raġel mhux se jmur għand il-pulizija u jirrapporta u għalhekk is-suwiċidju qed isir minn diversi irġiel. Jeħtieġ li jkun hemm diskussjoni serja dwar irġiel li jiġu persegwitati u jitkissru moralment.

Il-liġi mhix retroattiva, sostniet Claudette Buttigieg, li kompliet li dawn l-emendi qed jagħti ċertezza legali fejn jidħol l-istupru. Dwar id-dmirijiet usa għall-pulizija, id-deputat Nazzjonalista qalet li persuni minn dan is-setrur isosntu li l-liġi għenithom. Il-pulizija għad m’humiex imħarrġin fejn tidħol il-vjolenza domestika. Hu ħażin li l-vittma jkunu attakkati mill-ewwel u ma jingħatax il-benefiċċju tad-dubju.

Claudette Buttigieg ikkundannat lil min iħossu provokat minn xi ilbies tan-nisa uq alet li dawn l-iġriel ‘għandhomx jaġixxu bħall-barrin li jaraw biss il-kulur aħmar. Il-problema tad-djar hi problema enormi għall-vittmi tal-vjolenza domestika, li joqgħodu ġo shelter għal massimu ta’ sitt xhur fejn jattendu taħriġ, jaħdmu u jkunu mgħejjuna.

Wara sitt xhur jibdew imorru għal rashom. Il-vittmi qed isiru iktar vittmi minħababa dawn il-problemi u jkollhom jirrikorru għand l-Awtorità tad-Djar fejn hemm min jaqdihom u hemm min le. Il-vittmi ta’ vjolenza domestika qed ikunu abbużati wkoll mat-tariffi li jridu jħallsu lill-avukati. Dawn huma tariffi esaġerati u abbużivi li jwasslu sa €250 fis-siegħa lil persuni barranin jew €500 għal ittra qasira lil vittma. Dawn huma rapporti li kienu rapportati lill-Kamra tal-Avukati.

Id-deputat Nazzjonalista kompliet li hemm rapporti ta’ nisa li jirrapportaw vjilenza domestika qed ikunu vittmi tal-pulizija li jgħajtu magħhom u jgħidulhom li qed jesaġeraw. Każ ieħor hu ta’ rael li jdur kontinwament max-shelter fejn hemm martu.

Hemm każ ta’ aggressur li kien qed iżarma l-karozza tal-vittma li kienet tgħix fix-shelter. Meta ġew il-pulizija, huma kellmu lill-vittma u staqsieha jekk il-liċenzja kinitx skadiet. Il-prijorità tal-pulizija ma kinitx il-vittma iżda l-liċenzja meta l-aggressur għandu ordni biex joqgħod kilomteru ‘l bogħod mill-vittma.

Il-vittma tal-vjolenza domestika mhux iħossuhom protetti mill-pulizija, sostniet Claudette Buttigieg, li sostniet li l-awtoritajiet m’humiex dejjem konxji mill-emendi fil-liġijiet dwar il-vjolenza domestika. Hi semmiet il-ħidma li qed twettaq l-attivista Lara Dimotrijevic u trattat il-protest ġuizjarju dar il-poteri tal-investigazzjoni fejn il-proposta hi li l-investigazzjonijiet isiru minn pulizija ta’ mhux grad inqas minn spettur. It-taħriġ irid ikun ukoll ta’ livell ogħla waqt li l-investigzzjonijiet għandhom jbdew f’inqas minn 12-il siegħa.

Id-deputat Nazzjonalista tkellmet dwar l-importanza ta’ akkomodazzjoni ta’ kenn u qalet li tant hi gravi l-problema li bħalissa qed jinbena shelter ieħor. Filwaqt li jressaq din il-liġi, il-Gvern qed jikkontempla emendi dwar il-prostituzzjoni. Hi qalet li hawn każi fejn l-età tat-tfajliet li jidħlu fil-prostituzzjoni hi ta’ inqas minn 18-il sena waqt li jkunu qed jibdew jitħejjew sa minn età ta’ 12-il sena.

Dawn iknu wkoll abbużati u jkunu ġejjin minn familji bi problemi soċjali. Claudette Buttigieg daħlet fid-dettall dwar is-sistema tal-prostituzzjoni legali fil-Ġermanja, fejn hemm 400,000 prostituta taħdem u madwar miljun klijent kuljum. Noqgħodu attenti dwar x’qed ngħidu li jista’ jsir fil-pajjiż, appellat Claudette Buttigieg, li spjegat id-diffikultajiet ta’ prostituta li kienet taħdem f’Malta u li kienet abbużata b’mod kbir f’Malta.

Hi appellat lill-gvern biex ma jkunx ipokrita u jillaxka l-liġijiet tal-prosituzzjoni u Malta issir burdell numru 2 tal-Ewropa. F’Malta hawn traffikar tan-nisa minn clubs tal-irġiel li jpartu u jbiegħu bejniethom lin-nisa. M’hawnx regoli dwar il-massage parlours li meta ma jkunux regolarizzati jwasslu għall-prostituzzjoni. Jeħtieġ li ma nkunux faċċoli, appellat Claudette Buttigieg.