Lokali

XOGĦOL STAĠNAT: Ir-regoli l-ġodda joħolqu konfużjoni sħiħa fost il-periti u l-kuntratturi

Minn kmieni l-Erbgħa filgħodu kellu jieqaf kull tip ta’ xogħol f’siti ta’ kostruzzjoni li mhux kompletament konformi mal-Avviż Legali li ħareġ il-
Gvern it-Tlieta. – Dan għaliex il-Periti qed jinsistu li hemm punti fl-Avviż Legali li fih hemm kriterji li għadhom ma ntlaħqux.

Minn informazzjoni li kiseb Net News, illum f’ħafna siti, x-xogħol baqa’ staġnat, u l-kuntratturi ma jafux eżatt x’se jiġri, jekk jistgħux ikomplu jew jek iwaqqfux kollox – Madanakollu, żorna xi postijiet ta’ kostruzzjoni fejn deher evidenti li xi kuntratturi ħadu d-deċiżjoni li jibqgħu għaddejjin.

Net News jista’ jikkonferma wkoll li l-laqgħa tal-Kamra tal-Periti ma’ Ian Borg għadha ma saritx. Dan minkejja li saru talbiet ripetuti.

Fl-aħħar ħinijiet, il-Malta Developers Association – MDA – għamlet sejħa għall-kuntratturi, żviluppaturi u bennejja biex tiċċara dan kollhu. Il-laqgħa ser issir it-Tnejn l-1 ta’ Lulju.